Il-wild il-ġdid tad-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex, Archie Windsor se jitgħammed għada s-Sibt. Hu mistenni li għaċ-ċerimonja jilbes il-libsa rjali tal-magħmudija.
Għal dan l-aħħar 11-il sena, trabi rjali tgħammdu b’libsa tal-bizzilla u s-satin li hija replika għal-libsa oriġinali li r-reġina Victoria kienet għamlet għall-ewwel wild tagħha. Oriġinarjament din kienet imfassla mid-disinjattriċi tar-reġina Angela Kelly.
Ir-reġina ordnat li ssir kopja magħmula bl-idejn tal-libsa li tfasslet fis-Seklu 19, bil-għan li din tibqa’ tintuża mill-ġenerazzjonijiet ta’ warajha.
Missier ir-Reġina Eliżabetta, ir-reġina nnifisha, il-Prinċep ta’ Wales, Harry u William kollha tgħammdu b’din il-libsa.
Qed jingħad li l-koppja rjali Harry u Meghan jistgħu jagħżlu ħbieb tal-qalb biex ikunu l-parrini taċ-ċkejken Archie. Meghan, din il-ġimgħa dehret ma’ żewġt iħbieb tagħha f’Wimbledon, li qajmet l-ispekulazzjoni li hi għażlet lilhom bħala parrini. Filwaqt li Harry qed jingħad li stqasa lil Thomas u Charlie Straubenzee.
Kelliema minn Buckingham Palace stqarrew li l-ismijiet tal-magħmudija li se jingħata l-Prinċep se jibqgħu privati.
Ir-reġina mhijiex se tatendi għaċ-ċerimonja minħabba impenji oħra. Iżda huma mistennija jattendu missier Harry u ommu tar-rispett, id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, kif ukoll omm Meghan.