Illum l-aġenzija Infrastruttura Malta qed tlesti t-Triq tal-Għadira li tieħdok għall-Armier jew il-vapur ta’ Għawdex.
Dan se jfisser biex minn għada se jinfetħu l-erba’ karriġġjati tat-traffiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ħabbar dan il-Ministru għall-Infrastruttura, il-Proġetti Kapitali u t-Trasport Aaron Farrugia, f’kitba fuq Facebook.
Hawnhekk il-Ministru Farrugia nnota kif din it-triq se tkun miftuħa bil-ġdid bil-lest fil-ħin għas-sajf.