It-Tnejn se jiġi prezentat it-tielet budget tal-leġiżlatura l-ġdida ta’ Gvern Laburista. Budget li mistenni jkompli jibni fuq dawk li għaddew, bil-prijorità ewlenija tkun li jkompli jitwettaq il-manifest elettorali li fuq ġie elett dan il-Gvern.
Fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, il-budgets kienu ta’ tħassib, iżda għaliex dan il-Gvern jaħdem bilgħaqal u għandu pjan fit-tul, m’għadhiex teżisti klima ta’ tensjoni b’rabta mal-budget, bin-nies u n-negozji qabel kienu jkunu inkwetati li se tiżdied xi taxxa.
Illum l-aspettativa fil-budget hija li kulħadd jistenna x’se jagħtik il-Gvern u mhux x’se jeħodlok.
Il-gazzetta Kullħadd tat ħarsa lejn il-Budgets ippreżentat taħt gvernijiet Nazzjonalisti.
Kien hemm diżappunt u kritika fil-Budget 2013 li kien imħejji minn Gvern Nazzjonalista, fosthom mill-Union Ħaddiema Magħqudin, għax ma ġewx aċċetati proposti bħal faċilitajiet ta’ child care, għax jiżdied is-suq tax-xogħol u għalhekk kienet tkun miżura li tgħin l-ekonomija. Miżura li ttieħdet minn Gvern Laburista.
Il-Budget 2012 kien ġie deskritt mill-imsieħba soċjali bħala budget b’ nuqqas ta’ sustanza u jitlef ir-ruħ soċjali. Il-budget kellu ukoll nuqqas ta’ miżuri ħodor.
Il-Budget 2011 kien ġie kkritikat ukoll saħansitra mid-Deputat Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien Jean Pierre Farrugia. Huwa kien qal li ż-żidiet fl-allowance supplimentarja li ngħataw f’dan il-budget huma tant żgħar, li kien ikun aħjar li ma ngħataw xejn.
Kienu ngħataw ż-żidiet ta’ 54 ċenteżmu fil-ġimgħa għall-persuni single u ta’ 86 ċenteżmu fil-ġimgħa għall-koppji, żidiet mhux adekwati.
Il-Budget 2010 kien ġie kkritikat mill-General Retailers and Traders Union: li xtaqu jaraw tnaqqis fit-taxxa mħallsa minn żviluppaturi ta’ ċerti proġetti, inkluż djar indirizzati għall-first time buyers. Il-Moviment Graffiti ddeskriva dan il-budget, bħal budget li ma joffrix miżuri diretti li jindirizzaw id-diffikultajiet finanzjarji li qed jesperjenzaw kuljum il-familji Maltin.
Gvern Laburista wettaq diversi wegħdi biex jgħin lil familji, fosthom li jnaqqas it-tariffi tad-dawl u l-ilma.
Budget 2009 kien ġie ddeskrit mill-Malta Employers Association bħala budget bla togħma ta’ xejn. Budget b’mizuri li kienu superfiċjali u m’għandhom ebda sustanza.
Illum il-budgets ippreżentati minn dan il-Gvern inbiddlu u bil-miżuri jara x’ħa jagħti lin-nies filwaqt li jfassal pjan fit-tul. Bidla oħra minn żmien budgets ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż. Ir-riżultati miksuba fl-aħħar snin jikkuntrastaw bil-kbir ma dawk taħt amministrazzjonijiet differenti.
Il-galbu fit-tmexxija tal-finanzi waslet biex fost suċċessi ekonomiċi pajjiżna minn defiċit jirreġistra surplus wieħed wara l-ieħor.
B’hekk il-budgets preżentati mill-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-ex Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech kienu jbattlu l-bwiet tal-familji u n-negozji, u l-budgets preżentanti mill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna imlew il-bwiet.