Jinsabu għaddejjin fl-aqwa tagħhom l-aħħar tħejjijiet għall-attività politika tal-Partit Laburista tal-Ħadd li ġej u li se tkun indirizzata mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela.
L-attivita, f’format differenti, bħala intervista, se ssir fiċ-Ċentru Laburista tal-Imsida.
One News, tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph Debattista fejn ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi, b’mod partikolari lill-Misidjani.
Huwa tkellem ma’ One News dwar ir-riformi li l-poplu hu tant għatxan għalihom.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista qal li, “L-enerġija biex inkomplu inbiddlu kontinwament tinħass mhux biss fil-miżuri li nwettqu fil-gvern imma anki bħala partit. Fil-fatt, l-attivitajiet tagħna dejjem nippruvaw invarjawhom u nhar il-Ħadd se jkollna stil differenti għandna intervista fiċ-Centru Laburista tal-Imsida u allura qed nistiednu lin-nies biex jingħaqdu magħna ħalli jkomplu jsegwu lill-Prim Ministru u jkompli jħabbrilna x’ miżuri se nkomplu ndaħħlu fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin, għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.”
L-attività politika bis-sehem tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista tibda fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu.