Għada l-Ħadd, 24 ta’ Marzu jaħbat Ħadd il-Palm, u f’Malta jsiru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħal Għaxaq u anke fil-Għargħur , filwaqt li fil-ġżira ta’ tliet għoljiet isir waħda fir-Rabat Għawdex. F’Għawdex ukoll għada titella’ l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ tfal fix-Xagħra Għawdex.
Lejliet li l-Knisja Kattolika tati bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa, bit-tifkira tad-daħla solenni ta’ Ġesu f’Ġerusalemm, f’dawn il-lokalitajiet bħalissa jispikka l-entużjażmu tad-dilettanti u l-voluntiera tal-Ġimgħa l-Kbira.
Ikunu bosta dilettanti li dan iż-żmien ikunu jistennewh b’ħerqa, b’għexieren iżuru l-knejjes li huma armati sa sninhom b’vari li joħrġu għall-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira.