Għada jaħbat it-tielet anniversarju tal-Fondazzjoni Marigold. Kienu tliet snin ta’ ħafna xogħol f’oqsma differenti, u wieħed mill-aktar ta’ sodisfazzjoni kienu l-avvanzi fl-avveniment Pink October.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, iċ-chairperson tal-Fondazzjoni, Michelle Muscat għalqet il-kampanja tal-2016. Fakkret li din is-sena saret ħidma biex jinxtara apparat ġdid, u minn Pink October inġabru €117,000.
Il-breastcare unit fl-isptar se jkollu wkoll reġistru tal-persuni morda. Pink October ilha ssir mill-2013 u hija l-ikbar kampanja edukattiva tul is-sena kollha. Il-pjan għall-2017 huwa li l-kampanja tkun ikbar.