Għada jingħata bidu għall-European Aquatics Final 4 Champions League tal-Waterpolo. Avveniment ta’ importanza kbira li se jkun qe disir għall-ewwel darba f’pajjiżna. Il-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq se tkun qed tilqa’ f’pajjiżna erba’ timijiet ġganti tal-waterpolo ewropew li se jisfidaw lil xulxin fl-aħħar fażi taċ-Champions League u li se tiddetermina iċ-champion ewropew għal din is-sena. L-erba’ timijiet parteċipanti huma iċ-champions renjanti ewropej Pro Recco (Italja), Novi Beograd (Serbja), Ferencvaros (Ungerija) u Olympiacos (Greċja).
L-ewwel semifinali bejn Pro Recco u Olympiacos se tintlagħab għada fis-7pm.
Il-logħba bejn Ferencvaros u Novi Beograd ukoll tintlagħab għada u tibda fid-9pm.
Il-finali issir il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju.
Ta’ nota li dan l-avveniment se jkun qed isir ukoll fis-sentejn li ġejjin grazzi għal ħidma ta’ ASA Malta u l-Ministeru gaħll-Edukazzjoni u Sport. Għal din l-okkażjoni il-pixxina Tal-Qroqq ġiet armata bi stands ġodda u screens kbar li se jgħinu sabiex il-pubbliku jkun jista’ jsegwi b’mod aħjar dan l-avveniment. Biljetti għall-komptizzjoni Final 4 jistgħu jinkisbu mill-website ta’ ASA Malta: asaofmalta.eu.
Matul il-Final 4 se tkun qed issir ukoll il-Malta Cup bil-partecipazzjoni ta’ erba’ timijiet Maltin: Sliema, Sirens, San Ġiljan u Neptunes. Fis-semifinali l-bieraħ, Sliema għelbu lil Sirens 14-3 filwaqt li San Ġiljan għelbu lil Neptunes 13-9. Il-finali bejn Sliema u San Ġiljan issa ssir il-Ħamis 6 ta’ Ġunju fis-18:00.
L-ASA flimkien ma’ SportMalta se jkunu qed jorganizzaw villaġġ sportiv fejn il-partitarji u l-ispettaturi jkunu jistgħu igawdu minn divertiment kontinwu.
(Photo Credit: ASA Malta / Laszlo Balogh / Abby Bonello)