Għada l-Italja se tkun f’luttu nazzjonali, b’rispett lejn il-vittmi li tilfu ħajjithom fit-terremot ta’ nhar l-Erbgħa li għadda.
Se jsir funeral statali għall-vittmi li tilfu ħajjithom.Il-funeral se jsir f’ċentru sportiv qrib il-belt Ascoli Piceno.
Għall-funeral mistennija jattendu l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiz.Fosthom il-President tal-Italja Sergio Mattarella u l-Prim Ministru tal-Italja Matteo Renzi. B’rispett lejn il-vittmi , postijiet pubbliċi u bini statali madwar l-istat tal-Italja il-bnadar se jitajru mezzasta.