Nhar it-Tnejn, mexxejja dinjija fosthom il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono se jingħaqdu f’Auschwitz-Birkenau biex ifakkru t-80 sena mill-Olokawst u l-ħelsien u kampijiet ta’ konċentrament.
L-Ambaxxatur Marlene Bonnici tkellmet fil-programm ‘Bla Fruntieri’, fejn spjegat ir-rwol ta’ Malta bħala osservatur fuq kumitat apposta. Malta ssieħbet bħala osservatur is-sena li għaddiet.
Il-programm ‘Bla Fruntieri’ li jixxandar għada fl-10am jibda b’analiżi tad-diskors tal-President Amerikan Donald Trump. Claudette Abela Baldacchino tkellmet ma’ numru ta’ esperti, fosthom il-Professur Carmen Sammut dwar il-politika ġdida mħabbra minn Trump dwar il-ġeneru. Trump qal li minn issa l’ quddiem il-ġeneru huwa raġel jew mara.
Il-mistieden fil-programm l-avukat Brendan Zerafa kkummenta li Trump kien speċifiku meta għażel il-kelma ġeneru u mhux il-kelma sess.
Iż-żewg esperti jikkonkludu li l-politika ta’ Trump tista’ tweġġa lill-minoritajiet u l-aktar vulnerabbli.
Bla Fruntieri – għada fl-10am.