Programm imtella’ minn tim fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE se jagħti ħarsa lejn is-sena elfejn u għoxrin u l-ġrajjiet ewlenin li sawwruha.
Il-Ġurnalist Colin Deguara li ħadem fuq din il-produzzjoni u se jippreżenta l-programm bl-isem ‘2020 –DAK LI SAWWARHA’, spjega kif b’servizzi differenti fil-programm, l-istazzjon ONE se jagħti ħarsa lejn aħbarijiet b’temi differenti li seħħew tul din is-sena.
Colin spjegalna: “F’dan il-programm ser nagħtu ħarsa lejn l-aħbarijiet li sawru din is-sena, aħbarijiet b’temi differenti fosthom politika, kronaka, aħbarijiet mix-xena internazzjonali u ma jistax jonqos ukoll li nagħtu ħarsa lejn il-pandemija li laqtet lid-dinja din is-sena.”
Din il-produzzjoni hija xogħol tim mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE li tul din is-sena wassal numru ta’ produzzjonijiet fosthom dwar il-pandemija b’ġurnata ħidma mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci.
Saret ukoll produzzjoni ‘Serqa u Delitt Doppju f’4 minuti’ li ġabret fiha l-fatti kollha magħrufa, marbuta mad-delitt tal-koppja Christan Pandolfino u Ivor Maciejowski f’darhom f’Tas-Sliema.
Colin tenna li: “B’filmati ta’ Shaun Cucciardi, b’muntaġġ ta’ Quillan Demicoli u anke bir-riċerka li għamilt jiena stess ser tkun serata informattiva għat-telespettaturi ta’ ONE fi produzzjoni moderna għall-aħħar u li hija wkoll sabiħa biex taraha.”
Il-programm ‘2020-DAK LI SAWWARHA’ se jixxandar it-Tnejn fid-9:15 ta’ filgħaxija. filgħaxija fuq l-istazzjon ONE.