Għada l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, mistenni jindirizza attività politika fil-lukanda Maritim fil-Mellieħa.
L-attività mistennija tibda għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu.
Din l-attività qed issir f’ġimgħa mill-ewwel anniversarju ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru u Mexxej Laburista.
Min jattendi jrid jilbes maskra u jżomm id-distanza soċjali skont il-protokolli tal-awtoritajiet tas-saħħa.