Kollox jinsab lest biex il-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela jindirizza attività politika fiċ-Ċentru Laburista tan-Naxxar.
Dan id-diskors se jkun l-aħħar wieħed qabel il-preżentazzjoni tal-budget għas-sena d-dieħla nhar it-Tnejn.
F’kumment ma’ ONE News, il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard, qalet li din l-attività se tkun okkażjoni biex il-poplu jisma’ l-viżjoni tal-Gvern għas-sena d-dieħla.
Qalet, “Għada fin-Naxxar hija okkażjoni biex nisimgħu l-viżjoni għas-sena d-dieħla: viżjoni li nafu li dan il-budget se jkun budget ieħor bla taxxi, budget li se jiżdiedu l-pensjonijiet, budget li se jkompli jsaħħah l-istabbiltà ekonomika ta’ pajjiżna iżda anke l-istabbiltà soċjali ta’ pajjiżna.”
Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għal din l-attività, li tibda għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu.