Wara li ngħalaq il-proċess elettorali, il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jaħtar żewġ membri oħra fil-Kabinett tal-Ministri fl-irwol ta’ Segretarju Parlamentari.
Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ntqal kif Rebecca Buttigieg se tinħatar Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza.
Dan filwaqt li Alicia Bugeja Said se tinħatar Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.
Il-ġurament tal-ħatra mistenni jittieħed għada.