F’ruling li ta llejla fil-Parlament, l-Ispeaker Anġlu Farrugia nnota kif fis-seduta ta’ għada filgħodu, il-Parlament se jkun qed jiddiskutu l-miżuri l-ġodda restrittivi li ġew imħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela.
Dan wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qam fil-Parlament biex iressaq mozzjoni biex qabel jitħabbru l-miżuri, tiġi diskussa s-sitwazzjoni tal-pandemija.
Hawnhekk il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb li l-Gvern m’għandu l-ebda problema li jiddibatti iżda rrimarka li l-prijorità f’dawk is-sigħat kienu dwar il-komunikazzjoni tal-miżuri mal-poplu.