Illejla fil-Parlament il-Whip tal-grupp parlamentari Laburista Byron Camilleri ressaq mozzjoni f’isem il-Gvern biex għada ma jitlaqqax il-Parlament fit-tieni anniversarju mill-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Parlament qabel ma’ din it-talba u b’hekk għada mhux se jkun hemm seduta fil-plenarja tal-Kamra tar-Rappreżentanti.