Fid-dawl tal-maltemp prevvist li jaħkem lil pajjiżna, dawk il-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta u li jistgħu jaħdmu b’mod remot mid-dar jew mir-Remote Workspaces fix-Xewkija, qed jiġu mitluba biex għada ma jaqsmux lejn Malta.
Dan intqal wara li l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni kien f’kuntatt mal-Kumpanija Gozo Channel u ttieħdu pariri oħra dwar dak previst fejn jidħol it-temp għal matul għada l-Ħamis 28 ta’ Ottubru 2021 u li allura jista’ jaffettwa l-vjaġġi bejn Malta u Għawdex.
Din id-direzzjoni tgħodd u hija effettiva biss għal għada.
Dan il-messaġġ għaddih ukoll il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.