Bejn id-19 ta’ Novembru u s-6 ta’ Diċembru se jkun qed isir il-Festival Internazzjonali tal-Orgni ta’ Malta.
Dan se jseħħ fil-knejjes, katidrali u teatri sbieħ tal-gżejjer Maltin, sabiex jippreżenta lill-pubbliku b’opportunita biex jiskopri l-patrimonju Malti permezz tal-mużika.
Dan il-festival se jitmexxa mill-baritonu Dr Joseph Lia se jinkludi 11-il kunċert.
Fil-ftuħ ta’ dan il-kunċert, li se jsir għada, se jieħdu sehem kor femminili li huwa bbażat fl-Ukrajna taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Nancy Milesis Romano.
Il-ftuħ ta’ kunċert se jsir għada, is-Sibt 19 ta’ Novembru fit-8pm fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta.
Kunċert ieħor bħala parti minn dan il-festival se jsir fil-25 ta’ Novembru, li se jfakkar il-ħames Anniversarju tal-Fond NDSF u se jsir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Kunċert ewlieni ieħor se jsir fid-29 ta’ Novembru ġewwa l-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt Valletta.
Dan filwaqt li l-għeluq grandjuz se jkun qed isir fis-6 ta’ Diċembru fit-Teatru Manoel. Hawnhekk il-kunċert se jkollu l-isem ta’ ‘Amore Sacro – Amore Profano’. Il-biljetti għal dan il-kunċert jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit ticketline.com.mt.