Għada huwa l-aħħar cans biex wieħed japplika biex jissieħeb mal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawk kollha li jixtiequ jaħdmu fis-sezzjonijiet kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta, jew inkella huma kwalifikati f’xi sengħa bħala mechanic jew mastrudaxxa, jew huma mużiċisti u jixtiequ karriera fil-Banda ta’ Forzi Armati ta’ Malta, huma mħeġġa japplikkaw f’din is-sejħa.
Is-sejħa hija miftuħa wkoll għal fizzjali kadetti. Dawk interessati jistghu japplikaw fuq is-sit elettroniku, jew fil-Ministeru għall-Edukazzjoni.