L-istaġun tal-kaċċa għas-summien se jiftaħ għada l-10 t’April u jibqa’ miftuħ sat-30 t’April, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għal Għawdex wara d-deċiżjoni tal-Qorti li ttieħdet aktar kmieni llum.
Intqal kif kull summiena li tiġi kkaċċjata għandha tiġi rrapportata immedjatament u kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali.
Il-kwota nazzjonali hi ta’ 2,400 summiena u m’hemmx kwoti individwali.
L-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem jiftaħ mis-17 t’April sat-30 t’April, minn sagħtejn qabel it-tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun, bi kwota nazzjonali hi ta’ 1,500 gamiema.