Is-Sindku ta’ Ħal Kirkop, Terence Agius, appella biex, għada, kulħadd jattendi bi ħġaru għall-attività politika tal-Partit Laburista, li se ssir fil-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop.
Agius ħeġġeġ lil kull min jista’, jattendi b’turija t’appoġġ lejn il-Prim Ministru Robert Abela.
Spjega kif din l-attività qed issir ftit xhur biss qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew u għalhekk għandha sinifikat importanti
L-attività se tkun qed issir il-Ħadd, fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu, fis-Sala tal-Iskola Sekondarja Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop.
Qal, “Għada l-Ħadd nisimgħu d-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela, fis-sala tal-Kulleġġ San Benedittu huwa tajjeb li wieħed iħeġġeġ lill-Koppin u lil dawk ta’ madwar sabiex nuru l-appoġġ tagħna fil-Prim Ministru sabiex verament fl-elezzjonijiet li jmiss il-Partit Laburista jkun id-dar naturali.”