F’Ħaż-Żabbar, kull l-ewwel Ħadd tar-Randan, mijiet jattendu għall-Pellegrinaġġ Penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies.
Il-Pellegrinaġġ Penitenzjali ta’ għada jibda fl-4:15 ta’ filgħaxija u se jkun immexxi mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
Il-festa ta’ Ħadd in-Nies magħrufa bħala “tal-Grazzja ż-żgħira” għandha għeruq fondi u hi antika ħafna. Bosta devoti kienu jiġu jitolbu lill-Madonna tal-Grazzja biex taqlgħalhom xi grazzja jew itemmu xi wegħda.
Il-Pellegrinaġġ jintemm bil-quddiesa tas-sitta ta’ filgħaxija immexxija mill-Arċisqof.