Wara xogħlijiet ta’ tiswija tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fit-Telgħa tas-Saqqajja, għada l-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu Enemalta plc ser tkun qed twettaq xogħlijiet biex tagħti kisja ġdida fil-partijiet tat-triq fejn sar it-tħaffir.
Sabiex dawn ix-xogħlijiet isiru b’mod sikur, ser tingħalaq parti minn din it-triq, fid-direzzjoni mir-Rabat lejn Ħ’Attard, bejn id-9.00a.m u s-14.00p.m. Karozzi neżlin mir-Rabat se jkunu ggwidati jużaw rotot alternattivi minn Triq tal-Infetti jew Triq it-Tiġrija. L-aċċess għall-karozzi li jkunu ġejjin minn Ħ’Attard lejn ir-Rabat mhux ser ikun affettwat. Dawn ix-xogħlijiet qed jiġu kkordinati b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta.