Lejn it-tmiem tal-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropej u l-Kunsilli Lokali, għada se jkun hemm l-aħħar dibattitu fl-iskema tal-Awtorità tax-Xandir, bejn il-Prim Ministru Dr Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech.
Ix-xandira politika se titratta s-suġġett “L-Unjoni Ewropea – 20 Sena Wara s-Sħubija: Fejn Sejrin?”
Matul din ix-xandira se jkunu qed iwieġbu għal diversi mistoqsijiet li jitrattaw temi partikolari fosthom il-politika barranija, l ambjent, l-ekonomija u l-governanza.
Ix-xandira politika ser tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:00 u ser titmexxa minn Liam Carter.