Minħabba xogħlijiet li qed isiru fuq it-torri ta’ trasmissjoni fil-Għargħur, it-trasmissjonijiet kollha tar-radju se jiġu interrotti llum, 9 ta’ Jannar, bejn it-8.00 u t-15.00, hekk kif se tkun qed issir ħidma biex tintuża’ l-antenna ta’ riserva u t-trasmissjonijiet ikunu jistgħu jiġu lura għan-normal
Fi stqarrija, l-Awtorità tax-xandir spjegat li kawża ta’ miżuri ta’ sigurtá, is-semmiegħa wara l-ħin tat-15.00 xorta waħda se jesperjenzaw interferenzi fir-radju.