Filwaqt li fil-bidu kien maħsub li numru ta’ papri fiż-żona tas-Salina mietu bl-avian flu u s-salmonella, rapporti ta’ tobba oħra tal-annimali juru mod ieħor.
Dawn l-aħħar rapporti qed ikun irrappurtat li juru li l-papri mietu b’xi avvelenar jew mard fl-imsaren.
F’kummenti ma’ dan l-istazzjon, il-Kummissarju għad-drittijiet tal-Annimali, Dennis Montebello qal li għad trid tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.
Huwa spjega: “Fejn ikun hemm kolonja ta’ papri li ilha tgħix għal deċenji fl-istess post, fejn f’daqqa waħda jmutu kollha, ovvjament wieħed jissuspetta illi hemm xi marda serja li tista’ tinfetta jew hemm raġunijiet oħra.”
L-eks Maġistrat, qal li inizjalment kien hemm rapporti li l-papri mietu bl-avian flu li mhiex ta’ periklu għan-nies.
Is-Sur Montebello sostna: “S’issa għandi rapport illi dawn il-papri kienu infettati bl-avian flu. Rapport illi anki jagħti jagħti x’natura ta’ avian flu hija u mhiex ta’ periklu għan-nies u jista’ jagħti l-kas li wkoll li mhux ta’ periklu għall-poultry oħrajn.”
Dr Montebello żied jgħid li issa hemm rapporti oħra li dawn il-papri ma mitux bl-avian flu.
Huwa kompla jgħid: “Għadni m’għandiex definettivament x’inhi the cause of death fis-sens illi eżami makriskopiku li sar minn xi VETs private anzi qegħdin jgħidu li dawn ma mitux bl-avian flu, allura qed nistenna illi jkun hemm l-affarijiet, ultimately li jindikaw effettivament biex mietu dawn il-papri.”
Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Annimali saħaq li eżamijiet tossikoloġiċi jistgħu jiddeterminaw il-kawża tal-mewt ta’ dawn il-papri.
Intant l-awtoritajiet tas-saħħa kienu qalu li m’hemm l-ebda riskju magħruf ta’ mard fuq il-bnedmin minn annimali infettati b’xi tip ta’ influwenza bħal ma hi l-avian flu.
Fi stqarrija sar aċċenn li s-sitwazzjoni qed tkun investigata mill-qrib u qed jittieħdu azzjonijiet xierqa skont il-każ mill-awtoritajiet veterinarji