Hemm b’valur ta’ xejn inqas minn €38.9 miljun f’liri Maltin x’jinġabru. Bħalissa għadek biċ-ċans li tmur il-Belt Valletta u tibdilhom bla ħlas, bir-rata ta’ €2.33 għal kull lira.
Dan l-ammont ta’ flus li jistgħu jintilfu tnieżżel f’rapport annwali maħruġ mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Bħalissa żmien li ħafna jagħmlu tindifa ġenerali, u fil-proċess jista’ jkun jiltaqgħu ma’ xi post fejn kienu jaħżnu xi karta tal-liri ta’ dari. Jekk ikun il-każ, wieħed għandu jitfakar li fadallu disa’ xhur żmien biex dawn ma jitlifilhomx il-valur fi flus. =