Għad-disa’ sena konsekuttiva, l-għaqda studenteska Pulse, reġgħet kisbet il-maġġoranza fil-Kunsill tal-Istudenti tal-Junior College.
L-elezzjoni saret illum, fejn l-istudenti kollha ta’ din l-istituzzjoni post-sekondarja kellhom l-opportunità li jivvotaw għar-rappreżentanti tagħhom.
B’kollox Pulse telgħet sitt kandidati, filwaqt li l-SDM telgħet żewġ kandidati.
Ftit minuti wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat elettorali, ONE News tkellem ma’ dawk eletti f’isem Pulse, kif ukoll mal-President tal-għaqda studenteska, Karl Schembri.
Karl Schembri żied ma’ dak li qalu sħabu, fejn enfasizza li din kienet id-disa’ rebħa konsekuttiva għall-għaqda. Sussegwentament, spjega kif huwa ċert mill-kapaċitajiet tar-rappreżentanti eletti favur l-istudenti.