Il-kumpanija SBTech, li tipprovdi soluzzjonijiet għall-imħatri fuq l-isports, għażlet lil pajjiżna biex tikseb liċenzja Class 4.
Il-liċenzja Maltija se tkompli żżid mal-portafoll ta’ permessi Ewropej, hekk kif il-kumpanija qed tkompli tespandi l-operat tagħha fil-kontinent Ewropew u lil hinn.
Il-Kap Eżekuttiv Richard Carter faħħar l-effiċjenza u l-professjonalità tal-Malta Gaming Authority. Flimkien ma klijenti bbażati Malta, SBTech mistennija tiffirma ftehimiet oħra ma operaturi liċenzjati Malta fil-futur qrib.
L-aħbar ingħatat prominenza fost dawk midħla fis-settur