Taqbila li tfakkarna fil-festa ta’ San Martin li tiġi imfakra fil-11 ta’ Novembru. Skond it-tradizzjoni din il-festa tiġi iċċelebrata fil-Baħrija permezz tal-Fiera ta’ San Martin .Kif spjegalna l-organizatur tal-attivitajiet Marvic Gauci .
“Din il-fiera kienet isir fil-Baħrija għal diversi snin, mill-1960. Kienu jtellgħu animali, ġugarelli, imbagħad il-fiera baqgħat tiżviluppa fil-popolarità”.
Kompla jispejega li “sfortunatament kien hemm tnaqqis fl-attandenza minħabba li ma stajniex nieħdu animali ħajjin allura, provajna ntuha l-ħajja”.
Il-Fiera ta’ San Martin ser ssir nhar il-Ħadd fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Baħrija. L-attivitjiet prinċipali jinkludu purċissjoni bl-statwa ta’ San Martin, logħob , divertiment mill-aqwa, spettaklu u wirja tal-artiġjanat Malti.
Ma jonqosx l-ikel tradizzjonali. Sinonima ma’ din il-festa hemm il-borża ta’ San Martin, li tkun mimlija qastan , ġewz , frott, ħelu u ħbejza. Din is-sena l-borza se tkun tiżen aktar minn 500 kilo u se tidħol għar-rekord nazzjonali tal-akbar borza.
“Din kient idea ta’ grupp. Se nagħmluha biex anke nabbinaw ir-rekord mal-Baħrija u hija xi ħaġa sabiħa, xi ħaġa tradizzjonali. Fit-tnedija tal-Fiera ta’ San Martin, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Animali Roderick Galdes feraħ lill-organizaturi talli bl-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom qed iżommu festa tradizzjonali Maltija ħajja.