Ilbieraħ filgħodu sewwieqa waqqfet uffiċjal tal-komunità (gwardjan lokali) għaliex il-passiġġier li kien hemm magħha ma kienx qed iħossu tajjeb.
Minħabba t-traffiku li kien hemm bdiet tibża’ li mhux se tasal fil-ħin l-isptar Mater Dei. Kif ra dan, l-uffiċjal tal-komunità eskorta l-karozza saż-żona tal-emerġenza tal-isptar u baqa’ hemm sakemm kien ċert li l-persuna li kellha bżonn l-għajnuna kienet taħt idejn il-paramediċi.