Nhar il-Ġimgħa,21 ta’ Lulju, l-Inter Club Pupi Zanetti Malta ġabret somma sabiħa ta’ € 1,335 b’risq il-Kate Therapy Fund, waqt attività organizzata mill-klabb.
Kate tbati minn kundizzjoni Tatton brown Rahman Syndrome, kundizzjoni rari li tirrikjedi finanzi kbar sabiex tiġi kkurata. Waqt l-attivita attendiet l-istilla Maltija u plejer ġdid tal-Inter Haley Bugeja fejn iltaqgħet ma’ Kate flimkien mal-familja tagħha u dawk kollha li kienu preżenti. Intant, il-kumitat flimkien ma’ dawk kollha preżenti awguraw lil Bugeja tat-tragward li laħqet fil-karriera tagħha, fejn saħansitra ġiet preżentatha tarka kommemorattiva tal-okkażjoni.
Il-President tal-klabb, is-Sur Paul Fenech saħaq li din l-attivita għandha sservi bħala xempju ta’ eżempju ta’ kif wieħed jista’ jgħin u jagħmel differenza, filwaqt li wiegħed l-appoġġ tal-klabb lejn iċ-ċkejkna Kate u l-ġenituri tagħha.