“Ġest nobbli dalgħodu mill-ħaddiema li qed jaħdmu fit-toroq fiż-Żurrieq”.
Hekk kitbet persuna li qasmet dan il-filmat fuq sit soċjali, liema filmat juri ħaddiema li qed iwettqu xogħol biex itejbu triq fiż-Żurrieq. Meta mara anzjana kellha bżonn taqsam it-triq, dawn minnufih waqfu u offrew l-għajnuna, biex il-mara qasmet b’mod sigur.
Ġest li għalkemm żgħir, ġie innotat u mfaħħar minn bosta fuq il-mezzi soċjali.