Rex, ġeru ta’ għaxar ġimgħat, tilef ħajtu wara li kellu ħafna kumplikazzjonijiet. Ħabbru dan l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati fejn qalu li x’aktarx Rex tilef ħajtu wara li kien maħqur.
Rex tilef is-saħħa kollha f’saqajh bil-konsegwenza li spiċċa inkontinenti u spiċċa b’uġigħ kbir u żaqqu minfuħa.
L-AAA permezz ta’ messaġġ fuq Facebook sostnew li x’aktarx xi ħadd tah xi daqqa’ ta’ sieq bil-konsegwenza li kellhu jgħaddi minn diversi kumplikazzjonijiet fl-aħħar mumenti tal-ħajja qasira li hu kellu.
Kien għexieren ta’ persuni li espremew id-dispjaċir tagħhom u d-diżgust lejn il-persuna li ħaqret lil dan il-kelb b’bosta jgħidu li ma jistgħux jemmnu li hawn min jasal jagħmel dawn l-affarijiet.