Fil-Ġermanja, il-koalizzjoni fil-Gvern, immexxija mill-Kanċillier Olaf Scholz, ukoll sofriet riżultat diżastruż fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, bil-Konservattivi u l-lemin estrem jegħlbu lit-tliet partiti li jinsabu f’koalizzjoni fil-Gvern.
Il-Partit Soċjalista ta’ Scholz ġab biss 14% tal-voti fl-Elezzjoni tal-Parlament li saret il-Ħadd. Kelliem għalih qal li l-Kanċillier Ġermaniż mhux jikkonsidra li jsejjaħ elezzjoni bikrija.
Min-naħa l-oħra, fl-Italja, il-partit tal-lemin estrem tal-Prim Ministru Giorgia Meloni, Fratelli d’Italia, ġab l-akbar ammont ta’ voti fl-elezzjoni Ewropea, b’29%, li hu ammont akbar minn dak li nkiseb ħames snin ilu.
Meloni sostniet li hi kburija li pajjiżha se jippreżenta ruħu quddiem il-mexxejja tal-G7 bl-aktar Gvern b’saħħtu.
GRAZIE! 🇮🇹@FratellidItalia si conferma primo partito italiano, superando il risultato delle scorse elezioni politiche. pic.twitter.com/uYHHm4Nm6S
— Giorgia Meloni (@GiorgiaMeloni) June 9, 2024