F’diversi partijiet tal-Ġermanja, fosthom fil-kapitali Berlin, il-bdiewa mblokkaw it-toroq b’aktar minn 500 trakk bħala protesta, hekk kif il-Gvern neħħa s-sussidji fuq id-diesel.
Dawn is-sussidji tneħħew wara l-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż iddeċieda li l-baġit għal din is-sena l-ġdida hu llegali. Dan hekk kif id-dejn tal-pajjiż b’dan il-baġit ippreżentat kien se jkompli jżid id-dejn u mhux b’mod sostenibbli.
F’dawn il-protesti, il-bdiewa u l-assoċjazzjoni li tippreżentahom qegħdin jitolbu lill-Gvern Ġermaniż biex ma jneħħiex dawn is-sussidji.
Dawn is-sussidji għal dan is-settur importanti f’dan il-pajjiż bl-akbar ekonomija fl-Unjoni Ewropea, seħħ waqt sfidi internazzjonali bla preċedent kawża tal-gwerrer li għaddejjin viċin il-kontinent Ewropew, li waslet għall-kriżi fl-enerġija u anki żieda fl-inflazzjoni.