Il-Pulizija fil-Ġermanja għaddejja b’operazzjoni biex tagħlaq skola f’Hamburg wara li ntlemaħ raġel armat viċin skola.
Il-Pulizija qalet kif din l-iskola hija ta’ Otto Hahn fil-belt ta’ Hamburg.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal kif mhux magħruf jekk ir-raġel armat daħalx fil-binja tal-iskola jew kienx miexi viċin l-iskola.
It-tensjonijiet fil-Ġermanja huma kbar, hekk kif ix-xahar li għadda raġel armat daħal fl-Università ta’ Heidelberg, fejn inqatlet persuna u ġew feruti tliet persuni oħra.