Il-maġġoranza tal-kungress tal-Partit tal-Ħodor fil-Ġermanja vvota favur koalizzjoni mas-Soċjalisti, sabiex jiġi ffurmat gvern ġdid.
Fl-elezzjoni federali tal-aħħar ta’ Settembru, il-Partit Soċjalist Demokratiku mmexxi minn Olaf Scholz ġab l-iżjed ammont ta’ voti mill-partiti kollha.
Il-pass li jmiss huwa li t-tliet partiti, jiġifieri s-Soċjalisti u l-Liberali, flimkien mal-Ħodor jinnegozzjaw bejniethom dwar dan il-gvern il-ġdid.
Dan il-vot tal-Ħodor, wasal wara li l-Ġimgħa, il-Partit tal-Liberali vvota internament favur din il-koalizzjoni.
Jekk in-negozjati jirnexxu se jwassal biex il-Ġermanja se jkollha gvern immexxi minn koalizzjoni ta’ tliet partiti u se jkollha Kanċillier ġdid, wara 16-il sena.