Fil-Ġermanja, eluf ta’ persuni f’diversi bliet differenti ħarġu jipprotestaw minħabba ż-żieda fil-kontijiet tal-enerġija u minħabba l-inflazzjoni.
Dawn il-prostesti saru fost l-oħrajn fil-kapitali Berlin, Dusseldorf, Hannover u Stuttgart.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inflazzjoni fil-Ġermanja hija ta’ kważi 11% u hija l-ogħla li qatt kien hemm f’dawn l-aħħar kwart ta’ seklu.
F’din id-demostrazzjoni ntqal li għandu jkun hemm għajnuna għal dawk l-aktar vulnerabbli u ma jifilħux iħallsu l-kontijiet.