Għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, se jitressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex ippreseduta mill-Maġistrat Simone Grech, Ġermaniż ta’ 27 sena mixli b’kultivazzjoni tal-kannabis f’Għawdex, aktar mil-limiti permessi, fost l-oħrajn.
Wara sorveljanza fuq residenza fi Triq ix-Xjuf ir-Riħ, in-Nadur, dalgħodu l-Pulizija, daħlu ġewwa u sabu kamra armata b’apparat relatat mal-kultivazzjoni tad-droga.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’din l-istess kamra nstabu madwar 20 pjanta tal-kannabis, żrieragħ tad-droga kif ukoll oġġetti oħra relatati mal-kultivazzjoni tal-kannabis.

