Ġermaniż li jinsab il-ħabs u li għandu 34 sena li jħobb jivvjaġġa madwar il-Portugall b’vann huwa fil-mira fl-investigazzjonijiet tal-Iscotland Yard’s fid-dawl tal-għajbien taċ-ċkejkna Madeleine McCann 13-il sena ilu.
Il-Pulizija jemmnu li dan ir-raġel, li jinsab il-ħabs b’rabta ma’ atti pedofli kien fl-istess akwati ta’ fejn tgħix McCann. Dak iż-żmien Madeleine McCann kellha biss 3 snin u dik l-aħħar darba li rawha.
Il-pulizija qed jappellaw għal kull min għandu xi informazzjoni rigward żewġ vetturi ta’ dan il-ħabsi.
Il-każ ta’ Madeleine McCann imur fil-lejl tat-3 ta’ Mejju tal-2007 meta ċ-ċkejkna għebet mill-appartament waqt f’riżort Portugiża waqt li l-ġenituri tagħha kienu ma xi ħbieb f’stabbiliment fil-viċinanzi.
L-għajbin tagħha swiet lill-pulizija mal-11-il miljun sterlina u saret tfittxija madwar l-Ewropa kollha.
Iċ-ċkejkna McCann għadha identifikata bħala persuna mitlufa minħabba l-fatt li għad m’hemmx evidenza jekk għadhiex ħajja jew le