Ġermaniż ta’ 34 sena minn tas-Sliema ttieħed l-isptar Mater Dei wara li ġarrab xi ġrieħi waqt argument f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ fl-4:30 ta’ filgħodu fi Vjal Portomosa f’San Ġiljan meta seħħ argument f’appartament bejn żewġ persuni.
Fuq il-post issejħet ambulanza wara li l-Ġermaniż ġarrab xi ġieħi.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.