Raġel ta’ nazzjonalità Ġermaniża ġie mressaq il-Qorti wara li ġie arrestat hekk kif il-Pulizija saru jafu li kien persuna mfittex fl-Ewropa, wara li nħarġet ordni ta’ mandat t’arrest Ewropew.
Ir-raġel, Erwin Aloysius Funk, kien qed ikun imfittex mill-Pulizija wara li ħarab mill-Ġermanja wara li kien mistenni li jiskonta sentenza ta’ priġunerija b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ droga.
L-akkużat qed jaffaċċja akkużi oħra, li għalihom għad irid jitressaq il-Qorti fil-pajjiż tiegħu.
Se jkun qed jinbeda l-proċess biex l-akkużat jiġi estradit lura lejn pajjiżu.