- MALTA FIS-SITT POST
Ġorġja bil-kantanta Mariam Mamadashvili u d-diska Mzeo hija r-rebbieħa tal-Junior Eurovision ta’ din is-sena li għat-tieni darba, wara l-2014, sar f’Malta.
Mariam għandha għaxar snin u kienet magħżula biex tirrappreżenta lill-Ġorġja permezz tal-kanzunetta “Mzeo”.
Waqt dan l-ispettaklu vvotaw it-telespettaturi minn pajjiżi li pparteċipaw, panel ta’ erba’ esperti professjonali, u panel magħmul minn tfal.
Ġorġja huwa l-aktar pajjiż li rebaħ il-Junior Eurovision, b’din is-sena tkun it-tielet darba.
Ir-rappreżentanta Maltija, Christina Magrin tat interpretazzjoni mill-aqwa u kisbet is-sitt post, bil-kanzunetta Parachute.
L-ispettaklu kien imżewwaq b’ħafna talent barrani u lokali, b’bosta żeffiena juru x’jafu waqt l-intervalli.
Żgur mhux forsi li minkejja li ma kisbitx l-ewwel post, xorta waħda onorat lill-Malta bl-interpretazzjoni stupenda tagħha.
Kienu bosta li faħħru t-talent kbir li għandha din il-kantanta fuq is-sit soċjali Facebook wara li kantant fil-ħames post.
L-ispettaklu tal-lejla ttella’ f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta.
Ritratti: Edward Montebello