Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni mistennija tagħlaq 92 sena f’Apil li ġej u dan qed joħloq ftit tensjoni dwar min se jkun qed imexxi bħala Kap tal-Commonwealth flokha, ġaladarba hi tmut.
Din hija kwistjoni ftit sensittiva minħabba li l-irwol ta’ kap mhix ereditarja.
Il-Commonwealth waqqaf grupp ta’ livell għoli biex jevalwa l-mod ta’ kif l-organizazzjoni internazzjonali qed tkun iggvernata u wieħed minnhom huwa Dr. George Vella; ex-Ministru tal-Affarijiet barranin. Dan ġie rrapurtat mill-mezzi tax-xandir BBC.
Ir-Reġina ilha taħdem anke b’mod privat biex tassigura li l-Prinċep Charles ikun is-suċċessur tagħha, sa anke bagħtet uffiċjali madwar id-dinja biex imexxu dan il-ħsieb.
Fic-CHOGM li sar f’Malta fl-2015, ir-reġina saħqet li tixtieq li l-Princep Charles ikun l-ahjar għażla minflokha u li żgur ser ikompli jmexxi b’mod eċċellenti.