Malta għandha President ġdid it-Tabib George Vella.
It-Tabib George Vella ngħata l-ġurament tal-ħatra fis-Sala tal-Gran Kunsill waqt seduta speċjali tal-Parlament.
Kien propju f’nofsinhar u sbatax-il minuta li t-Tabib George Vella ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-għaxar President ta’ Malta.
Dan wara mozzjoni li giet approvata b’mod unanimu fit-2 ta’ April li għadda.
Kien waqt is-seduta specjali tal-Parlament fil-preżenza ta’ sebgħa u sittin Membru Parlamentari li dak li ħalef bil-fomm il-President il-gdid ta’ Malta, issiġilaħ bil-firma tiegħu.