Ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini ddeskriviet li l-President Elett George Vella bħala persuna ta’ integrità kbira u persuna li tista’ tafda.
F’intervista ma’ ONE NEWS, is-Sinjura Mogherini li ħadmet mill-qrib ma’ Dr Vella sa minn mindu kienu fil-kariga ta’ Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Italja u Malta, Mogherini qalet li għandha bosta memorji sbieħ ta’ Dr Vella.
“I have good memories. I would describe him as a person that has a strong integrity, very clear views but also with a soft attitude very much able to listen to understand each other’s position and very wise.”
Bl-esperjenza twila tiegħu bħala ministru għall-Affarijiet Barranin, is-Sinjura Mogherini qalet li fl-irwol il-ġdid tiegħu Dr Vella mistenni jagħti attenzjoni partikolari l-qagħda globali fid-dinja. Kellha wkoll kliem ta’ tifħir għall-kontribut li ta tul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Irrimarkat li Dr Vella għenha dejjem biex il-mexxejja Ewropej jitfgħu ħarsithom fuq il-Mediterran, b’mod partikolari fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u l-qagħda fil-Libja.
“His attitude in the council has always been very valuable for me as a chair of the council of foreign ministers because he has always managed to try to contribute to find a common ground always with very clear positions.”
Mistoqsija minn One NEWS kif ħadet l-aħbar li Dr Vella ġie nnominat għall-kariga ta’ President ta’ Malta, bi tbissima qalet li m’għandhiex dubbju li se jkun il-figura ideali għall-President.
“George will bring this European wind to Malta and this Mediterranean interest and attention to Europe and let me say personally I am so happy about this because I really think that as a person beyond the political profile he is someone you can trust.”