Alex Borg huwa cameraperson li dawn l-aħħar jiem jirrakkonta kif qed jisfa suġġett ta’ bosta kummenti. “Mela għadek hawn?” isaqsuh, b’xi ftit ta’ tbissima.
Jgħidulu li jixbaħ ħafna lill-istilla mix-xena mużikali li sfortunatament ħalliet din id-dinja, George Michael.
Borg għandu, tista’ tgħid, fattizzi simili bħal ta’ Michael…għalkemm b’ton ċajtier jgħidilna li l-kordi mużikali tiegħu mhux daqshekk fenomenali. U nassumu lanqas il-kont tal-bank.
Jgħidilna li jiddispjaċih ħafna bl-aħbar tal-mewt ta’ George Michael – kantant li mingħajr ma jrid spiċċa jsegwi, tant jgħidulu li hemm xebh u tant kultant iħarsulu darba darbtejn għax jaħsbuh hu.