Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea ħatar lil George Hyzler bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għal perjodu ta’ sitt snin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa se jibda jservi f’din il-kariga mill-bidu ta’ Ottubru li ġej sa Settembru tal-2028.
Hyzler se jservi f’din il-kariga minflok Leo Brincat, li serva f’din il-kariga fl-aħħar sitt snin.
Permezz ta’ tweet il-Membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Leo Brincat, feraħ lil Dr Hyzler għal din il-ħatra.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/06/16142625/WhatsApp-Image-2022-06-16-at-2.14.05-PM.jpeg)