It-Tnejn filgħaxija saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-klabb ta’ Mosta FC fejn il-President George Galea mill-ġdid ġie konfermat fil-kariga.
Michael Galea u Owen Vella wkoll kienu konfermati fl-rwoli ta’ Segretarju u Teżorier tat-tim Mosti rispettivament.
Il-kumplament tal-kumitat ta’ Mosta għal istaġun 2023/2024 ser ikun iffurmat minn:- Adrian Farrugia, Pio Vassallo, Dr Mario Mifsud, Joseph Micallef, Joseph Quattromani, Pierre Mifsud, Melchoire Dimech, Alexie Tabone u Noel Vella.