George Azzopardi nħatar bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-ARMS Ltd.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-istess kumpanija, fejn intqal li din se tidħol fis-seħħ minn nhar it-Tnejn 9 ta’ Settembru.
Intqal li matul il-karriera tiegħu, Azzopardi okkupa bosta rwoli maniġerjali u ħa ħsieb proġetti ta’ importanza nazzjonali.
Intqal li din il-ħatra se timmarka kapitlu ġdid għall-kumpanija, bil-għan li tkompli timmodernizza u tkabbar l-operat tagħha.
Fl-aħħar tal-istqarrija, il-kumpanija ARMS irringrazzjat lill-Perit Joseph Attard għad-dedikazzjoni u l-kontribuzzjoni tiegħu waqt li okkupa r-rwol ta’ Kap Eżekuttiv.